Intervista li dehret f’gażżetta lokali mis-Sur Victor Galea, Prinċipal tal-Kulleġġ t’Għawdex

Mr. Victor Galea
Mr. Victor Galea

Xi preparamenti saru matul dan is-Sajf biex il-kulleġġ ta’ Għawdex iħejji għal sena skolastika oħra?

Mal-ewwel jum li t-tfal bdew il-btajjel taghhom, beda x-xoghol ta’ manutenzjoni u modernizzar prattikament fl-iskejjel kollha tal-Kullegg t’Ghawdex – 11-il skola Primarja, l-iskola Medja u l-iskola Sekondarja kif ukoll fl-Ufficcji tal-Edukazzjoni fi Triq l-Ewropa r-Rabat.

Din is-sena, grazzi ghal-Fundazzjoni ghall-Iskejjel t’Ghada kompla xoghol magguri f’diversi skejjel u centri fi hdan il-Kullegg t’Ghawdex. Wara li tlesta xoghol magguri u ta’ tisbih fl-iskejjel tax-Xaghra u ta’ Sannat, dan is-Sajf kien imiss qala’ mill-qiegh tal-iskola Primarja tax-Xewkija u anke l-Ufficcji tal-Edukazzjoni fir-Rabat.

Ix-xoghol ta’ matutenzjoni, bini u tisbih fl-iskejjel, isir b’ko-ordinazzjoni mal-Fundazzjoni ghas-Servizzi Edukattivi peress li fl-iskejjel primarji ikollna l-iSkolaSajf, u allura irridu noqoghdu b’seba’ ghajnejn halli jigi evitat kull periklu ghall-edukaturi li jkunu qed imexxu SkolaSajf u t-tfal li jattendu. Barra minnhekk ma ninsewx l-iskrivani u l-haddiema li jiehdu hsieb l-indafa kontinwa fl-iskejjel u li jibqghu ghaddejjin bil-hidma matul il-gimghat tas-Sajf.

Izda apparti x-xoghol infrastrutturali, matul il-btajjel tat-tfal u tal-ghalliema, jitkompla x-xoghol relatat ma’ ingaġġ ta’ ghalliema u Learning Support Assistants sabiex nassiguraw li kif terga tibda l-iskola fi ftit jiem ohra, l-iskejjel ikollhom l-ghalliema kollha mehtiega.

Bhas-sajf tas-sena l-ohra innutajna zieda fir-registrazzjoni ta’ tfal godda gejjin minn familji barrinin li ssetiljaw f’Ghawdex u li qed ikomplu jsahhu d-diversita’ fil-Kullegg taghna.

Barra minnhekk, matul l-gimghat tas-Sajf, l-Ufficju tal-Principal ikun ghaddej b’diversi laqghat u diskussjonijiet ma’ msiehba diversi l-aktar dwar materja kurrikulari u ppjanar ghal attivitajiet ghas-sena skolastika li jmiss. Per ezempju dan is-sajf saru numru ta’ laqghat mal-Istitut tal-Istudji Turistici (ITS) fil-Qala. Dan ghax wara l-esperjenza sabiha li kellu l-Kullegg taghna mal-MCAST f’Ghawdex, mis-sena skolastika li jmiss ser jibda jkun hemm hidma konġunta bejn l-iskejjel u c-Centru tal-ITS fil-Qala sabiex l-istudenti Ghawdxin jifhmu minn kmieni l-htiega ta’ professjonalizmu fis-settur turistiku u l-firxa wiesa ta’ mpjiegi marbuta mal-industrija tat-turizmu.

Jidher li ghandna kollox imhejji biex fi ftit jiem ohra l-Kullegg t’Ghawdex jerga jilqa mal-2,500 student u mat-300 edukaturi.

Fl-iskola Ninu Cremona se jibdew jattendu l-istudenti bniet ukoll. Xi preparamenti saru f’dan is-sens?

L-iskola m’ghadux jisimha Ninu Cremona imma Skola Sekondarja Kullegg t’Ghawdex. Fejn qabel kellna l-iskola Sekondarja tal-Bniet (Agius de Soldanis) u l-iskola Sekondarja tas-Subien (Ninu Cremona) fir-Rabat; minn 3 snin ilu l-istudenti tal-primarja (bniet u subien), baqghu telghin flimkien anke ghal-livell medju u sekondarju. B’hekk l-iskola ex-Agius de Soldanis saret l-iskola Medja tal-Kullegg t’Ghawdex, fejn wara sentejn (il-year 7 u year 8), l-istudenti bniet u subien din is-sena ser jimxu ghall-livell sekondarju u jigu fl-iskola Sekondarja Kullegg t’Ghawdex li bhalissa l-Kap tal-iskola huwa Dr Frank Abela.

Qatt daqs din is-sena ma rajt tant kollegjalita’ bejn il-Kapijiet u l-ghalliema tal-iskola Medja mmexxija minn Ms Tereza Camilleri u din Sekondarja. Saru laqghat bejn l-amministrazzjoni  tal-iskola u esperti fil-ko-edukazzjoni li tkellmu dwar esperjenzi precedenti u studji f’dan is-settur. L-istess tahrig imbaghad nghata lill-ghalliema u LSAs biex jipreparawhom ghal din il-bidla.

Kien hemm diversi laqghat bejn iz-zewg kapijiet tal-iskejjel sekondarji biex tigi iffacilitata it-tansizzjoni u jkun hemm kontinwazzjoni bejn iz-zewg skejjel.

Il-genituri tat-tfal li dehlin fil-year 9 (form 3) fl-iskola sekondarja, kellhom laqghat u gew indirizzati kemm mill-kap u assistenti kapijiet tal-iskejjel kif ukoll mill-guidance teachers. Saru laqghat regolari bejn il-guidance teachers taz-zewg skejjel u b’hekk issa nistghu nghidu l-iskola sekondarja taf il-htigijiet partikulari ta’ kull tifel u tifla li ser jibdew id-9 sena ta’ taghlim formali fil-hajja taghhom.

L-istudenti bniet u subien li issa ser jibdew il-formazzjoni taghhom fis-sekondarja kellhom Open Days fl-iskola fejn kellhom ic-cans jambjentaw u jiffamiljarizzaw ruhhom waqt li tkellmu mal-ghalliema l-godda li ser ikollhom, fejn fost l-ohrajn inghataw informazzjoni u gew meghjuna jaghzlu s-suggetti godda.

Matul dan is-sajf, sar ukoll xoghol infrastrutturali gol-iskola biex ikunu jistghu jigu akkomodati b’mod partikulari anke l-istudenti bniet.

 X’attivitajiet extra kurrikulari li mistenni li jħejji l-kulleġġ għall-istudenti?

Ghandna diversi inizjattivi u programmi edukattivi mhejjija. Fejn tidhol l-arti performattiva (arti, drama u mużika) hejjejna programmi ta’ edukazzjoni mużikali lill-istudenti kollha b’kollaborazzjoni ma’ Gaulitana Choir. L-ghalliema tal-Arti hejjew proġett ‘Eco-art’ ghall-istudenti tal-5 u s-6 sena. Fir-Reċtar u d-Drama ghandna workshops imhejjija sabiex l-istudenti Ghawdxin ikomplu jiksbu dik il-kunfidenza mehtiega biex wiehed jimxi ‘l quddiem fil-hajja.

Nahdmu ma’ Magro Brothers u l-Lukanda Calypso f’Marsalforn sabiex noffru esperjenzi ta’ litteriżmu u numerizmu (Maths trails) sabiex it-tfal jaraw fil-prattika kif il-lingwa u l-matematika imorru id-f’id fid-dinja tax-xoghol.

Fejn jidhol Sport, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Kullegg t’Ghawdex ghandhom impenn sabiex jilhqu l-miri tal-politika nazzjonali sabiex niggieldu l-obesità u ntejbu s-sahha fit-tfal. Ghalhekk sa miz-zmien bikri tal-edukazzjoni t-tfal ser ikollhom diversi inizjattivi sportivi. Nemmnu li mohh seren u ġisem b’sahhtu ighin lit-tfal jikkonċentraw aktar fit-taghlim akkademiku u jkomplu jmorru tajjeb anke f’ezamijiet fuq livell nazzjonali (benchmarks).  Ippjanajna l-Kinder Festivals ghat-tfal li jattendu fil-klassijiet tal-kindergarten u l-genituri taghhom, Sports Fundamentals ghat-tfal tal-ewwel u t-tieni sena, Jiem Specjali tal-Isports fejn ser nilqghu lit-tfal tat-tielet sena primarja u l-genituri taghhom, Festival tal-Gymnastic fic-Centru Sportiv fir-Rabat ghat-tfal tar-raba sena, turnaments ghat-tfal fl-ahhar snin tal-primarja u l-adoloxxenti, attivitajiet f’dixxiplini diversi tal-isport fl-iskola Medja u fl-iskola Sekondarja tal-Kullegg. Isiru field days speċjali fit-tlettax-il skola fi hdan il-Kulegg t’Ghawdex.

Fil-Kullegg t’Ghawdex dahhalna l-kuncett ta’ ‘adventure education’ fejn tim ta’ ghalliema mharrga apposta jorganizzaw attivitajiet aventuruzi  u ta’ gost ukoll b’rabta ma’ litteriżmu u numerizmu bhal trekking, climbing, educational treasure hunts u issa introducejna l-canoeing.

Hemm diversi programmi ohrajn ippjanati ghat-tfal tal-Kullegg bhalma huma fieldworks marbuta mal-istudji soċjali, sezzjonijiet tal-pottery fil-Ggantija, attivitajiet marbuta ma’ Hands on Farming, u Science Days u Science eco-trails u Scientix fl-experimental farm tal-Gvern fix-Xewkija.

Fil-bidu ta’ din is-sena skolastika ser nifthu Centru ġdid tal-Litterizmu f’Ta’ Sannat ghall-familji Ghawdxin, li bhalissa qed jiġi finalizzat x-xoghol  fuq dan ic-Centru.  Qed nahsbu biex lejn tmiem din is-sena ikollna wkoll ċentru mghammar bl-aqwa riżorsi fil-matematika.

Nahseb li tajjeb insemmi li wara talba li ghamel il-Kunsill tal-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Kullegg t’Ghawdex, l-Ministeru ghall-Edukazzjoni ghogbu jipprovdilna ‘school bus’ kbir sabiex it-tfal ma jidhlux f’aktar spejjes marbuta mat-trasport halli jkunu jistghu jattendu dawn id-diversi attivitajiet barra mill-iskola.

Jidher li l-Kullegg t’Ghawdex jinsab ghal darb’ohra preparat ghas-sena skolastika 2016-17 bil-ghan li jaghmel kull student u studenta mill-2,500 ferhana u kuntenti waqt li nittama li nkomplu nżidu l-fiducja li ghadhom il-genituri Ghawdxin fl-iskejjel tal-istat t’Ghawdex. Fuq kollox dan iwassal biex l-edukaturi u l-ghalliema fil-Kullegg ikollhom aktar sodisfazzjoni fuq livell professjonali.

 

Victor Galea

Principal tal-Kullegg (Kullegg t’Ghawdex)

16/09/2016