Il-mod meqjus kif jiġi żviluppat il-Litteriżmu: Ġimgħa Letterarja fl-iskola tax-Xewkija

This slideshow requires JavaScript.

L-iskola Primarja tax-Xewkija ppreparat ġimgħa letterarja ma’ żewġ awturi; is-Sur Justin Debono u s-Sinjura Jennifer Peresso li t-tnejn li huma jiffurmaw parti mit-tim tal-litteriżmu tal-Kulleġġ ta’ Għawdex.

F’din il-ġimgħa ż-żewġ awturi żviluppaw attivitajiet varji ta’ litteriżmu b’mod meqjus, mibnija fuq il-kotba li huma kitbu u ddisinjaw. L-istudenti kollha tal-iskola ħadu sehem f’dawn l-attivitajiet.  Matul din il-ġimgħa t-tfal ipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ qari għall-gost, qari flimkien, kitba kreattiva forma ta’ poeżija kif ukoll f’forma narrattiva u f’sessjonijiet tad-drama u krafts li kollha ġew mibnija fuq storja.

L-istudenti kellhom ukoll l-opportunita` li jesperjenzaw mill-qrib il-proċess meħtieġ biex jinkiteb u jiġi ddisinjat ktieb. Din l-esperjenza hi parti mill-ħidma li l-iskola qed tagħmel biex tħeġġeġ lill-istudenti irawwmu l-imħabba lejn il-qari.