Category Archives: Information for teachers and parents

NWAR 2015-16 – Il-Programm ta’ Litteriżmu għall-Familji

Il-Programm Nwar huwa programm ta’ litteriżmu għall-familja maħsub biex jgħin lil dawk listudenti li jkunu għadhom ma laħqux il-kompetenzi bażiċi tal-litteriżmu sal-aħħar tat-tielet sena primarja. L-istudenti, flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom, li jiġu aċċettati biex jipparteċipaw f’dan il-programm, ikollhom żewġ sessjonijiet intensivi ta’ litteriżmu fil-ġimgħa.

It-tfal kollha li qegħdin fir-raba’ u l-ħames sena tal-Primarja fuq iċ-Ċekkjatura 1 jew 2 jistgħu japplikaw għall-Programm Nwar. L-applikazzjoni trid issir bejn Ottubru u Novembru u/jew bejn Mejju u Lulju ta’ kull sena skolastika. Applikazzjoni għal tfal li qegħdin fit-tielet sena tal-Primarja tista’ ssir bejn Mejju u Lulju. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand is-Sa Rita Azzopardi billi ċċempel 2598 2994, 21 235 560 jew permezz ta’ ittra elettronika lil nwar.mede@gov.mt

Applikazzjoni

Formola Malti

Application

Referral Form English