Let Me Learn Professional Learning Process

On Tuesday 14th June, teachers from the Gozo College participated in a ceremony organised by the Let Me Learn (LML) Malta Centre, which rewarded them with a certificate for successfully completing the training and/or mentoring in the Let Me Learn Professional Learning Process.  LML is an advanced learning system that is built on the idea that each and every one of us is a unique learner.  The LML process gives students and their teachers an understanding of who they are as learners and a vocabulary to communicate this with each other. This self awareness leads to the development of learner specific strategies maximising learning potential. Educators present for the ceremony shared their Let Me Learn journey and plans for further collaboration were discussed.  The Gozo College continues in its efforts to use the Let Me Learn Process as a tool which equips its educators with skills and techniques aimed at reaching all learners.

Sessjoni ta’ Taħriġ fil-Metodoloġija tal-Programm Aqra Miegħi / Read with Me

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se tissokta xxerred u ssaħħaħ il-programm nazzjonali tal-qari għall-gost Aqra Miegħi/Read with Me. Dan il-programm, li kien tħabbar fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tal-2014, qed jixpruna t-tagħlim tal-ħiliet tal- litteriżmu sa mill-ewwel snin kruċjali ta’ bejn it-twelid u qabel it-tfal jidħlu fil-Kindergarten. Fil-programm, kull ġimgħa jsiru attivitajiet interattivi u ferriħija ta’ litteriżmu u numeriżmu bikri għal trabi u tfal żgħar minn 0 sa 3 snin bis-sehem tal-ġenituri, in-nanniet, iz-zijiet jew il-kustodji tal-istess tfal. Dawn is-sessjonijiet isiru bil-Malti jew bl-Ingliż f’kollaborazzjoni mal-entità Libreriji Maltin. Bħalissa l-programm qed jitħaddem f’madwar sittin ċentru f’Malta u Għawdex. Bil-ħsieb li l-programm jiġi offrut biż-żewġ lingwi fiċ-ċentri kollha, qed noħorġu sejħa oħra għal animaturi tal-qari prospettivi (għalliema, KGAs, LSAs u ġenituri) li jixtiequ jagħtu sessjonijiet ta’ dan il-programm.

L-animaturi jrid ikollhom ir-rieda u l-ħeġġa li jħajru lit-tfal u lil min ikun qed jieħu ħsiebhom jieħu sehem attiv f’għadd ta’ attivitajiet interattivi ta’ qari għall-gost. Huma jridu jkunu jistgħu jagħtu sessjoni/jiet kull ġimgħa u jattendu t-taħriġ li se jsir apposta għalihom fis-27 ta’ Ġunju 2016, fl-4:30 ta’ waranofsinhar, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun. Il-kors ta’ taħriġ se jsir mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab maċ-Ċentru tal-Litteriżmu tal-Università ta’ Malta.

Kull min hu interessat għandu jibgħat ittra elettronika bid-dettalji tiegħu lill-Aġenzija fl-indirizz elettroniku aqra.storja@ilearn.edu.mt jew iċempel 2598 2990 sal-24 ta’ Ġunju 2016.

Min jixtieq ikun jaf aktar fuq il-programm jista’

Embracing Diversity